TONIO BORG NOMINAT KUMMISSARJU EWROPEW

Reference Number: PR 2298, Press Release Issue Date: Oct 20, 2012
 
Il-Gvern Malti innomina lill-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg bħala l-Kummissarju Malti fil-Kummissjoni Ewropea. 
 
Il-lejla l-Prim Ministru Lawrence Gonzi tkellem mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose’ Manoel Barroso u infurmah bin-nomina tal-Gvern Malti. Il-President Barroso u l-Kunsill ghandhom jikkunsidraw din in-nomina li eventalwalment trid tkun approvata mill-Parlament Ewropew.
 
Il-Prim Ministru informa lill-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat bid-decizjoni tal-Gvern. 
 
Tonio Borg twieled fit-12 ta’ Mejju 1957. Hu studja fil-Kullegg San Alwigi u wara fl-Università ta’ Malta minfejn iggradwa bhala avukat fl-1979. Hu avukat kostituzzjonali u specjalizza fid-drittijiet tal-bniedem. 
 
Tonio Borg ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1992 u baqa’ jiġi elett f’kull elezzjoni li saret wara. Fl-1995 kien maħtur Ministru tal-Intern. Wara l-elezzjoni tal-1998, Tonio Borg inħatar Ministru tal-Intern u l-Ambjent. Wara l-elezzjoni tal-2003 serva bħala Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u fl-2008 inħatar Ministru tal-Affarijiet Barranin. Mill-2004 ‘il quddiem serva wkoll fil-kariga ta’ Viċi Prim Ministru u Kap tal-Kamra. 
 
Hu miżżewwġ lil Adele u għandhom tliet itfal Daniela, Mark u Adriana.