Is-Sewqan f'Malta
Peress li f’Malta m’hawnx awtostradi, is-sewqan fil-gżejjer Maltin huwa simili għal dak f’ħafna bliet Ewropej oħra. F’dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol biex titjieb l-infrastruttura. Fil-fatt sar ħafna progress fl-għarfien dwar is-sigurtà fit-triq u fl-infrastruttura stradali.
Billi Malta kienet kolonja Ingliża, is-sewqan fil-gżejjer Maltin huwa fuq ix-xellug. Tajjeb li dejjem iġġorr mappa miegħek meta tivvjaġġa; dan għaliex minħabba l-fatt li m’hawnx awtostradi, ħafna drabi wieħed jista’ jasal fid-destinazzjoni tiegħu minn numru ta’ rotot differenti.
Il-Kodiċi għat-Traffiku fit-Triq
Il-Kodiċi għat-Traffiku fit-Triq huwa l-gwida uffiċjali għas-sewwieqa u l-pedestrians f’Malta. F’din il-gwida tista’ ssib ir-regoli kollha li għandek tkun taf dwar is-sewqan f’Malta, bħalma huma l-limiti tal-veloċità, is-sewqan fi traffiku għaddej bil-mod, u l-waqfien u l-ipparkjar. Tista’ tikseb il-Kodiċi għat-Traffiku fit-Triq mill-uffiċċji tat-Transport Malta jew miċ-Ċentru tat-Testijiet tat-Teorija fil-Gwardamanġa. Tista’ wkoll issib il-Kodiċi onlajn.
L-Infurzar tal-Liġi u l-Kontravenzjonijiet
Il-Kunsilli Lokali, il-Gwardjani Lokali, il-Fornituri tas-Servizzi u l-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi huma kollha parti mis-Sistema ta’ Infurzar tal-Liġi. Dawn jaħdmu flimkien biex kemm jista’ jkun jiżguraw is-sigurtà fit-toroq.
F’dak li jirrigwarda l-multi, dawn jistgħu jitħallsu onlajn.
Is-CVA
Sabiex jiġi regolat it-traffiku fil-Belt Valletta, fl-2007 nħolqot is-sistema tas-CVA - Controlled Vehicular Access. Sakemm ma tkunx residenti fil-Belt Valletta jew ikollok negozju fil-belt kapitali, trid tħallas miżata żgħira biex tkun tista’ ssuq u tipparkja hemm. Bis-sistema tas-CVA jittieħdu ritratti tal-pjanċa tan-numru tal-vettura tiegħek u jiġi kkalkulat ukoll l-ammont ta’ ħin li tqatta’ hemmhekk. Imbagħad tirċievi l-kont id-dar.
Il-PUSSESS TAL-VETTURA TIEGĦEK
Ir-reġistrazzjoni u l-ħruġ ta’ liċenzji għal vetturi ġodda u użati
Il-vetturi bil-mutur kollha, ġodda u użati, għandhom jiġu rreġistrati mat-Transport Malta fil-Hornworks Ditch tal-Furjana.
Jekk se tixtri vettura ġdida, l-aġent tiegħek jista’ jirreġistra l-vettura tiegħek billi jidħol f’dan is-sit. Jekk inti ssuq ċertu tip ta’ vettura bħal taxi jew għandek karozza bix-xufier, jew inkella ġġorr il-merkanzija, għandek bżonn dokumenti speċjali.
Jekk xtrajt vettura użata, għandek tagħmel appuntament mat-Transport Malta, imbagħad tieħu l-vettura tiegħek fit-Taqsima Teknika tad-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art li jinsab il-Furjana. Għandek tipprovdi ċerti dokumenti bħal-logbook u ċ-ċertifikat tal-Valur ta’ Reġistrazzjoni tal-Vettura tiegħek.
Ikklikkja hawn għal informazzjoni dettaljata dwar ir-reġistrazzjoni u l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ vetturi ġodda u użati.
Reġistrazzjoni ta’ vettura second-hand miġjuba Malta minn Stat Membru tal-UE
Biex tirreġistra vettura li tkun inġiebet Malta minn Stat Membru tal-UE għandek issegwi l-erba’ passi li ġejjin:
- Idħol fis-sit www.vehicleregistration.gov.mt biex tara l-ammont ta’ taxxa tar-reġistrazzjoni li tkun trid tħallas.
- Agħmel appuntament mat-Transport Malta billi ċċempel 2123 3029.
- Dakinhar tal-appuntament ħu l-vettura tiegħek id-Direttorat tat-Trasport fuq l-Art, Taqsima Teknika, Hornworks Ditch, il-Furjana.
- Ippreżenta d-dokumenti meħtieġa.
Il-Liċenzja tat-Triq
L-awtorizzazzjoni biex il-vettura tiegħek tinstaq fit-triq hija l-Liċenzja tat-Triq. Dan id-dokument ikun fih in-numru tar-reġistrazzjoni u l-perjodu ta’ validità tal-liċenzja. Din għandha titpoġġa fejn tidher fuq in-naħa tax-xellug tal-windscreen.
Il-Liċenzja tas-Sewqan
Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwar kif tikseb liċenzja tas-sewqan f’Malta.
Il-Pjanċa tan-Numru tal-Vettura
Il-karozzi kollha reġistrati f’Malta għandhom pjanċi standard tal-Unjoni Ewropea li jikkonsistu fi tliet ittri segwiti bi tliet numri. Il-pjanċi mhux personalizzati jiswew EUR 70, filwaqt li dawk personalizzati jiswew EUR 200. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwar il-pjanċi tan-numru tal-vetturi.
L-Assigurazzjoni tal-Karozza
Ikklikkja hawn għal lista t'assigurazzjonijiet tal-karozzi f’Malta.
KIF TIEĦU ĦSIEB IL-VETTURA TIEGĦEK
Il-VRT
L-iskop tat-test tal-VRT (Vehicle Roadworthy Test) huwa li jiġi żgurat li vetturi ta’ ċertu żmien jiġu ċċekkjati tal-inqas darba f’sena biex jiġi vverifikat li jkunu f’kundizzjoni tajba biex jinstaqu fit-toroq. Il-vetturi jiġu spezzjonati f’xi wieħed mill-postijiet fejn isiru t-testijiet tal-VRT fejn jintuża wkoll tagħmir apposta.
Iċċekkja fuq il-Liċenzja tiegħek jew ir-riċevuta tagħha biex tara jekk imissikx tagħmel it-test tal-VRT. Ikklikkja hawn għal aktar dettalji dwar il-VRT.
Il-Postijiet Approvati għat-Testijiet tal-VRT
Ikklikkja hawn għal-lista tal-postijiet approvati għat-testijiet tal-VRT f’Malta.
Il-Manutenzjoni tal-Vettura tiegħek
Importanti li tieħu ħsieb il-vettura tiegħek u teħodha għal service biex tiżgura li hija f’kundizzjoni tajba biex tinstaq fit-triq, li hija sigura u li mhijiex ta’ periklu għal ħaddieħor. Il-manifattur tal-karozza tiegħek jagħmel services ta’ rutina. Dawn ivarjaw minn manifattur għal ieħor u minn vettura għal oħra, skont it-tip ta’ vettura u l-magna. Normalment fil-manwal tas-sid tal-vettura jkun hemm indikat x’tip ta’ manutenzjoni għandha bżonn il-karozza tiegħek.
Għal aktar informazzjoni dwar il-manutenzjoni tal-vettura tiegħek, ikklikkja hawn.
L-INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU
Jekk ikollok inċident bil-karozza, ieqaf.
F’każ ta’ ħabta man-naħa ta’ wara tal-vettura, dik li hija magħrufa bħala “bumper to bumper”, għandek timla l-formola rilevanti fuq il-post tal-inċident. Il-formoli tista’ tiksibhom mill-uffiċċji tal-assigurazzjoni jew mill-intermedjarji.
Jekk ikun hemm persuni li jkorru, ċempel għall-ambulanza. F’każ li jindarbu xi persuni, li tiġi involuta xi proprjetà tal-Gvern jew f’każ ta’ inċident li ma jkunx “bumper to bumper”, għandek iċċempel lill-pulizija. Tammetti ebda tort għall-inċident jekk mhux mal-pulizija.
Ħu u agħti l-informazzjoni essenzjali bħalma huma l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u n-numru tal-pjanċa. Ħu nota tad-dettalji tal-inċident meta jkun għadu frisk ġo moħħok.
IS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ
Jekk għandek xi kundizzjoni li tista’ taffettwa l-kapaċità tiegħek fis-sewqan, inti obbligat tgħarraf lid- DVLA (Driver and Vehicle Licencing Agency). Jekk ikollok inċidenti tat-traffiku u jinstab li xi kundizzjoni medika tiegħek wasslet jew ikkontribwixxiet għall-inċident, inti tista’ tittella’ l-qorti u l-assigurazzjoni tiegħek tista’ ma tkoprikx.
SEWQAN TAR-ROTA F’MALTA
L-Awtoritajiet Maltin investew ħafna biex is-sewqan tar-roti f’Malta jsir aktar sigur. Hemm numru ta’ korsiji għaċ-ċiklisti fir-rotot l-aktar popolari u hemm numru ta’ toroq sekondarji b’inqas traffiku li dawn is-sewwieqa jistgħu jużaw, għalkemm xorta xi drabi jkollhom jgħaddu mit-toroq arterjali. Is-sewqan isir fuq in-naħa tax-xellug tat-triq u jeżistu wkoll numru ta’ stands għall-ipparkjar forma ta’ rota madwar Malta kollha.
Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwar is-sewqan tar-rota f’Malta.