ATTIVITÀ BL-GĦAN LI JIŻDIED L-GĦARFIEN DWAR IS-SERVICE DOGS

Reference Number: PR151096, Press Release Issue Date: May 16, 2015
 

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana kienet mistiedna tattendi attività organiżżata mis-Service Dogs Foundation. Fl-indirizz tagħha Dr Caruana qalet li qed tappoġġja bis-sħiħ din l-attività li saret bl-iskop ewlieni li jiżdied l-għarfien dwar l-użu tal-klieb biex jgħinu diversi persuni bi bzonnijiet u diżabilitajiet differenti.

Hija qalet li dan it-taħr li jingħata lill-klieb huwa taħrig speċjalizzat li jista’ jgħin mhux biss persuni neqsin mid-dawl  imma wkoll dawk neqsin mis-smigħ u persuni b’diżabilitajiet oħra fosthom persuni bl-awtiżmu u min għandhu problemi ta’ mobbiltà. alhekk il-benefiċċji huma konsiderevoli.

Dr Caruana żiedet li huwa fatt sabiħ u pożittiv li llum, is-Service Dogs Foundation qegħda tagħmel ħilitha biex tħarreġ dawn il-klieb f’Malta stess u kif kumpanija privata qed tgħin fdin il-kampanja. Għalhekk tispikka s-social corporate responsibility li għandu jiġi iktar inkoraġġut għax hemm bżonn ta’ ħafna għajnuna.

Dr Caruana semmiet ukoll li attendiet għal-attività oħra fiċ-ċentru SPERO li huwa ċ-ċentru għal-persuni neqsin mid-dawl fejn faħħret l-inizjattiva li ħadu biex tellgħu reċta b’messaġġ li jagħti tama. Qalet li ċ-ċentru SPERO għall-persuni neqsin mid-dawl qiegħed iħalli il-frott tiegħu, wara li il-Gvern iddeċieda li jiftaħ dan iċ-ċentru permezz ta’ Private Public Partnership u jagħlaq iċ-ċentru antik li ma kienx addattat għal dawn il-persuni.

Is-Segretarju Parlamentari għalqet l-intervent tagħha billi faħħret is-Service Dogs Foundation ta’ din l-inizjattiva u qalet li l-aġenda tal-persuni b’diżabilità kienet dejjem prijorità għal dan il-Gvern.

al din l-attività kien hemm prezenti l-MP Robert Cutajar li għan-nom tal-Oppożizzjoni wkoll iddikjara l-appoġġ tiegħu għal din l-attività.

 ​

​​​