STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

Reference Number: PR172833, Press Release Issue Date: Dec 07, 2017
 

Elezzjoni Każwali  biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar wara r-riżenja tal-Kunsillier Matthew John Barbara (2015, PL).

 

Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew nomina waħda:

 

Nomina ppreżentata:              

Galea Rodney

                                   

L-għadd tal-voti ser isir fil-11:00am ta’ nhar it-Tlieta, 12 ta’ Diċembru, 2017, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta. ​