Il-President, Marie-Louise Coleiro Preca, laqgħet grupp ta’ studenti li jattendu l-iskola primarja tal-Belt Valletta, liema tagħmel parti mal-Kulleġġ San Ġorġ Preca.

Reference Number:  , Press Release Issue Date: Mar 05, 2018
 

Waqt din il-laqgħa, l-istudenti ppreżentaw għadd ta’ kotba miktubin u ddisinjati minnhom stess. Dawn il-kotba ser jiżdiedu mal-kollezzjoni vasta li hemm fil-Librerija Anton Buttigieg, fil-Palazz ta’ Sant’ Anton.​