
Bil-pożizzjoni strateġika tagħhom fiċ-ċentru tal-Mediterran, il-gżejjer Maltin jispikkaw fost l-aqwa postijiet fir-reġjun Mediterran, u dan minħabba l-kultura tant imżewqa tagħhom, l-istorja rikka, l-attrazzjonijiet varji, u fl-aħħar u ċertament mhux l-inqas, il-poplu Malti akkoljenti u ġeneruż.
L-arċipelagu Malti jikkonsisti fi tliet gzejjer - Malta, Għawdex u Kemmuna - mifruxa fuq spazju ta’ 316 km2 biss. Għalhekk il-gzejjer Maltin huma wieħed mill-iżgħar stati fid-dinja iżda wkoll wieħed mill-pajjiżi bl-akbar densità. Fil-fatt il-popolazzjoni Maltija tammonta għal iktar minn 410,000 resident. Hemm 67 kunsill lokali li minnhom 53 jinsabu Malta u 14 f’Għawdex. Il-gżejjer Maltin jinsabu fir-rotta bejn l-Afrika u l-Ewropa, eżattament 93 km fin-Nofsinhar ta’ Sqallija u 288 km fit-Tramuntana tal-Libja.
Malta hija l-ikbar mit-tliet gżejjer u fiha hija kkonċentrata l-attività kulturali, kummerċjali u amministrattiva. Warajha bħala daqs hemm Għawdex fejn l-ambjent huwa iktar rurali; wieħed jista’ jirrilissa f’ambjent ta’ kampanja u ħdura mingħajr ħafna bini u traffiku. Imbagħad hemm Kemmuna fejn tista’ tgħid ma jgħixux nies. Ħafna jiddeċiedu li jmorru xi mawra ta’ ġurnata jew mixja fit-tul fuq din il-gżira żgħira.
Il-gżejjer Maltin jattiraw ħafna viżitaturi minħabba l-klima tipika Mediterranja tagħhom, karatterizzata minn sajf sħun u xitwa moderata. It-turisti jistgħu jgawdu wkoll id-diversi bajjiet u l-postijiet ta’ divertiment u n-nightlife pjuttost ħajja flimkien mal-istorja twila u mqanqla tal-gżejjer Maltin li tmur lura 7,000 sena.
Ħarsa ġenerali lejn il-Gżejjer Maltin
Popolazzjoni |
417,000 (approx,) |
|
Daqs |
316km2 |
|
Lingwi |
Malti u Ingliż (it-tnejn li huma huma lingwi uffiċjali) |
|
Reliġjon
|
Kattolika |
|
Munita |
Ewro |
|
Elettriku |
230 Volts, 50Hz. Plakek kwadri bi tliet pinnijiet bħal tar-Renju Unit |
|
Prefiss Telefoniku
|
+356 |
|
Żona tal-Ħin |
GMT +1 |
|
Tip ta' Gvern |
Repubblika |
|
Innu Nazzjonali |
L-Innu Malti, kitba ta’ Dun Karm Psaila u mużika ta’ Robert Sammut |
|
Simbolu Nazzjonali |
Is-Salib ta’ Malta |
|
Rikonoxximent Nazzjonali |
Ġieħ ir-Repubblika, Midalja għall-Qadi tar-Repubblika |
|
---|
Il-Bandiera Maltija

Il-Bandiera Maltija hija maqsuma vertikalment f’żewġ nofsijiet, wieħed abjad u l-ieħor aħmar, bil-George Cross fir-rokna ta’ fuq man-naħa tal-arblu. Jingħad li dawn il-kuluri jmorru lura għall-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Il-George Cross ingħata lill-abitanti tal-gżejjer Maltin mir-Re Ġorg VI tar-Renju Unit bħala rikonoxximent tal-qlubija u l-kuraġġ tagħhom matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
Btajjel Uffiċjali f’Malta
Jum il-Ħelsien |
Il-Ġimgħa l-Kbira |
Jum il-Ħaddiem |
Sette Giugno |
L-Imnarja
|
Santa Marija |
Jum il-Vitorja |
Jum l-Indipendenza |
Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni
|
Jum ir-Repubblika |
Il-Milied |
|
Għal aktar informazzjoni dwar il-ġranet tal-Festi Pubbliċi, ikklikkja
hawn.