Sigurtà fl-Avjazzjoni

 

Is-Sigurtà fl-Avjazzjoni huwa l-korp li jirregola s-sigurtà tal-avjazzjoni f’Malta. Dan l-Uffiċċju huwa responsabbli għall-kontroll u l-ġestjoni ġenerali f’dan il-qasam. 

Dan l-Uffiċċju huwa inkarigat li jiżgura li l-attivitajiet kollha relatati mas-sigurtà jsiru f’konformità mal-istandards internazzjonali li Malta adottat b’riżultat tas-sħubija tagħha fl-UE
, l-ICAO (l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar l-Avjazzjoni Ċivili) u  l-ECAC (il-Konferenza Ewropea dwar l-Avjazzjoni Ċivili) u oħrajn.

Tista’ tikklikkja
hawn għal aktar informazzjoni dwar dan l-Uffiċċju. Tista’ wkoll iċċempel fuq in-numri 2369 6672/3 jew tikteb fl-indirizz: avsec@gov.mt  ​​​​